Wednesday, December 25, 2024

Il-PN jiċħad rapporti li kkummissjoni stħarriġ intern li juri li Delia naqqas l-appoġġ fost il-kunsillieri tal-Partit

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista ċaħad rapporti li kkummissjona stħarriġ intern li jindika li l-Kap attwali Adrian Delia qed jitlef l-appoġġ tal-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista.

It-Times of Malta rrapportat li l-maġġoranza tal-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista (46/5%) iridu lil Delia jirriżenja mit-tmexxija tal-Partit, b’41% jemmnu li għandu jibqa’ fil-kariga tiegħu, filwaqt li 12.5% huma indeċiżi. It-Times qalet li l-istħarriġ sar mill-kumpanija MISCO fost 700 mill-1,600 kunsillier Nazzjonalista.

Il-kunsillieri kienu mistoqsijin ukoll lil min iridu jaraw fit-tmexxija tal-Partit f’każ li Delia jwarrab mit-tmexxija. L-aktar ismijiet popolari kienu dawk tal-avukat Bernard Grech, tad-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, tal-MEP Roberta Metsola, l-eks President tal-kumitat eżekuttiv Mark Anthony Sammut, u l-President tal-Eżekuttiv Alex Perici Calascione.

Ekonomija

Sport