Sunday, December 22, 2024

Il-PN jippreżenta mill-ġdid Abbozz ta’ Liġi biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ DCG

L-Oppożizzjoni tesiġi li dan l-abbozz jiġi diskuss l-ewwel Ħamis mill-ftuħ tal-Parlament

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet immexxija mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista ressaq mill-ġdid abbozz ta’ liġi biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fid-diskors tiegħu Grech qal li nhar id-29 ta’ Lulju 2021, tliet Imħallfin lestew ir-Rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huma ppreżentaw ir-rapport lill-Prim Ministru dakinhar stess u dan ġie ppubblikat. 

Grech qal li sal-lum, wara sena, għadu ma sar xejn dwar l-istess rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta Pubblika. 

Ekonomija

Sport