Li l-Partit Nazzjonalista ħalla l-pensjoni fil-friża għal 25 sena huwa fatt magħruf imma issa nafu wkoll li huwa kontra miżura li tħalli dħul akbar tal-pensjonanti li mhux se jkun taxxabbli. L-Oppożizzjoni llum ħarġet kontra miżura li Gvern Laburista daħħal fuq medda ta’ ħames snin u li se tħalli €25 miljun oħra fil-bwiet ta’ 16,000 anzjan.
Il-konferenza tal-aħbarijiet li għamlet l-Oppożizzjoni wara nofsinhar tesponi n-nuqqas ta’ kredibbiltà li għandu l-Partit Nazzjonalista fil-pensjonijiet.
Gvern Nazzjonalista li kien saħansitra jintaxxa lill-pensjonanti, u dawk li kellhom dħul ieħor daqs id-doppju tal-pensjoni massima kienet jitnaqqarlu 35% ta’ dak id-dħul. Illum bil-miżura mwettqa b’mod komplut fuq medda ta’ ħames snin, pensjonant bi dħul addizzjoni ekwivalenti sal-pensjoni massima, mhu se jħallas l-ebda ċenteżmu f’taxxa.
Min għolla s-snin tal-bolol u ħoloq diskriminazzjoni mal-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 ma jistax jittieħed bis-serjetà. Huwa Gvern Laburista li qed jagħti l-11-il żieda fil-pensjoni u qed isewwi inġustizzja mal-pensjonanti li twieldu qabel l-1962. Illum il-pensjoni minima laħqet dik massima li ħalla Partit Nazzjonalista fil-Gvern.
Il-pensjonanti jafu xi track record għandu l-partit ta’ Alex Borg u jafu l-garanzija li jtihom Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela.

