Thursday, August 28, 2025

Il-PN l-ewwel jivvota favur imbaghad joħroġ jattakka miżura soċjali li tgħin lil aktar żgħażagħ isiru sidien ta’ djarhom

- Partit Laburista

Aqra wkoll

Il-PN l-ewwel jivvota favur imbaghad joħroġ jattakka miżura soċjali li tgħin lil aktar żgħażagħ isiru sidien ta’ djarhom Tal-iskantament kif il-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jibdielu dwar l-inizjattiva għal djar affordabbli li tnediet mill-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, fondazzjoni li twaqqfet b’mod konġunt bejn il-Gvern u l-Knisja.

Ftit ġimgħat biss wara li l-PN ivvota favur l-inizjattiva issa ħareġ kontriha u mhux qed jafda entità indipendenti bħall Il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli li hija magħmula minn membri tal-Gvern u tal-Knisja. 

Dak li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi mhu se jwassal imkien għajr li jdaħħal il-pajjiż f’dejn akbar apparti li joħloq problemi finanzjarji sabiex iwettaq proġett simili. L-inizjattiva għal djar affordabbli hija proġett bi sħab bejn gvern u knisja u maħsuba biex nevitaw kemm issues u piżijiet finanzjarji akbar kif ukoll dewmien biex ikun hemm aktar stock ta’ djar għal min hu fil-bżonn kif ukoll dewmien għal proġett soċjali bħal dan. 

Il-kelliem tal-PN huwa fattwalment skorrett li l-art qed tingħata b’xejn biex jinbnew 260 residenza ġdida bi prezzijiet affordabbli. Il-kelliem tal-PN qed jirrepeti dak li qalet l-assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi l-MDA li mhix għajr allegazzjoni u mhux veritiera. 

L-artijiet se jingħataw b’tender għal min jitfa’ l-offerta u magħhom hemm il-ħlasijiet ta’ tariffi, ċnus u ħlasijiet oħra li se jmorru għand il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli biex tkun tista’ tagħmel aktar proġetti. Jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista huwa inkwetat li b’dan il-mudell il-Gvern qed ikompli joffri soluzzjonijiet adegwati għal dawk li sal-lum qatt ma setgħu jsiru sidien ta’ darhom minħabba l-prezz tal-propjetà. 

Il-Gvern mhux se jħalli s-suq isuq aktar u aktar meta jsib Partit Nazzjonalista jopponi għal kollox inkluż proġett soċjali bħal dan. Għax jibżgħu mill-kompetizzjoni u għaliex il-Gvern ħareġ b’soluzzjoni mal-Knisja, issa l-PN ħareġ kontra l-inizjattiva u kontra li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiksbu residenza affordabbli għal buthom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport