Wednesday, April 24, 2024

Il-PN ma jaqbilx li Anġlu Farrugia jkun Speaker għat-tielet leġiżlatura

Aqra wkoll

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista stieden lill-Prim Ministru Robert Abela biex immedjatament jibdew diskussjoni biex jintlaħaq qbil dwar il-ħatra ta’ Speaker li jkun tassew indipendenti u imparzjali.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li ma jistax jippermetti li tirrepeti ruħha l-istess sitwazzjoni tal-leġiżlatura li għaddiet. Għalhekk qal li fiċ-ċirkostanzi ma jistax jaqbel man-nomina ta’ Anġlu Farrugia, bħala Speaker għat-tielet leġiżlatura.

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qal li jqis dawn iċ-ċirkostanzi bħala l-ewwel okkażjoni li fiha l-Prim Ministru Robert Abela jista’ jwettaq bil-fatti l-istqarrija tiegħu li lest joffri l-id tal-ħbiberija lill-Oppożizzjoni.

Sport