Friday, April 19, 2024

“Il-PN mhux kredibbli dwar l-enerġija… diskors partiġjan mingħajr ebda soluzzjonijiet” – il-PL

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista qal li l-amministrazzjoni Nazzjonalista ħalliet ċentri ta’ distribuzzjoni ġebel u saqaf mingħajr ebda tagħmir. 

Fi stqarrija, il-PL qal li kien Gvern Laburista li beda jindirizza għexieren ta’ snin mingħajr investiment serju fil-qasam tal-enerġija u għal li ġej irid ikun Gvern Laburista li jibda fuq dak li beda jsir u jtejjeb fejn meħtieġ.

Il-PL qal li f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista reġa’ ħareġ ċar li l-Partit Nazzjonalista jitkellem fuq pjan li mhu pjan xejn.  

“Il-kelliem ta’ Bernard Grech fuq is-settur tal-enerġija, Ryan Callus, ma kienx kapaċi jgħid kemm jinvesti gvern nazzjonalista fis-sistema ta’ distribuzzjoni. Ironikament fakkar fi pjan li l-istess Partit Nazzjonalista għamel fl-2006 u li hu l-ikbar prova tan-nuqqas ta’ kredibbiltà tal-PN fuq is-settur għax sal-2013 ma wettaq xejn minnu,” qal il-PL.

Il-Partit Laburista żied jgħid li kien għall-Partit Nazzjonalista, pajjiżna llum mhux qed ilaħħaq mad-domanda tal-elettriku għax il-Partit Nazzjonalista kien kontra l-bini ta’ power station ġdida. Qal ukoll li minflok ried jibqa’ juża’ l-heavy fuel oil. Id-domanda għall-enerġija telgħet għal rekord ta’ 561MW u li kien għall-Partit Nazzjonalista, pajjiżna għadu bi provvista ta’ 350MW li ma tirrispondix għad-domanda, bir-riżultat li aktar minn terz ta’ Malta u Għawdex kienu jibqgħu bla dawl li għaddiet tal-partit ta’ Bernard Grech.

Il-PL temm jgħid: “Il-kredibilità  tinsab f’min kapaċi jwettaq. F’seba’ snin dan il-Gvern investa €130 miljun fis-sistema ta’ distribuzzjoni u l-investimenti se jkomplu fi żmien li ġej. Fuq kollox, l-esperti tal-blackouts u l-qtugħ fil-provvista tad-dawl sajf u xitwa mhumiex kredibbli jitkellmu dwar l-enerġija. Speċjalment meta, fl-istess ħin meta kienu fil-gvern taw lill-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin l-ogħla kontijiet.”

Sport