Thursday, April 25, 2024

“Il-PN qiegħed joħroġ bl-ideat li għandu bżonn pajjiżna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’intervista ma’ NetFM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech beda b’messaġġ ta’ inkoraġġiment u apprezzament għall-ħaddiema tal-manifattura li huma parti mill-ħolqa ekonomika li dan il-pajjiż dejjem kellu. Huwa qal li l-fatt li pajjiżna huwa mdawwar bil-baħar, tagħmilielu diffiċli biex jikkompeti ma’ intrapriżi f’pajjiżi bħalma huma dawk fit-tramuntana tal-Italja li jistgħu jimpurtaw il-materjaprima bit-triq u b’hekk b’anqas spejjeż u jkunu jistgħu jaqilgħu aktar.

Rigward l-infrastruttura Maltija, Grech qal li huwa dnub li tara proġetti infrastrutturali li huma neqsin mill-manutenzjonijiet meħtieġa. Grech żied jgħid li dan il-gvern mhux talli ma solviex il-problema tat-traffiku, talli din il-problema kompliet tiżdied anke fl-aħħar snin. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan kollu huwa riżultat tan-nuqqas ta’ pjan. Qal li PN qiegħed jisma’ lil min jifhem u qiegħed jippreżenta l-proposti tiegħu. Tkellem dwar sistema ta’ trasport pubbliku effiċjenti li jwasslek fil-ħin.

Dwar il-liġi tal-kannabis, Grech qal li l-PN wasal għal qbil komuni li qed jgħid li hu kontra li tkun legalizzata, iżda jibqa’ favur dak li ntqal snin ilu rigward d-dikrimalizzazzjoni tagħha. 

Tkellem dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u qal li s-sitwazzjoni li għandek illum tara l-Partit Nazzjonalista li qiegħed joħroġ b’ideat b’dak li għandu bżonn il-pajjiż. Grech qal li Partit Nazzjonalista jara li kulħadd ikollu l-opportunità li jimxi ’l quddiem mingħajr distinzjonijiet. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li mhuwiex aċċettabbli li persuni li jispiċċaw mill-politika ma jwiġbux għal għemilhom. Huwa qal dan meta mistoqsi dwar l-allegazzjonijiet riċenti rigward l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Hawnhekk sostna li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu l-obbligu li jgħarraf lill-pubbliku dwar x’inhi jagħmel b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijet. 

Grech temm l-intervista tiegħu biex aktar tard waranofsinhar, familji jingħaqdu mal-PN biex flimkien għal mixja fil-kampanja. 

Sport