Friday, November 15, 2024

Il-PN se jerġa’ jdaħħal l-infurzar fil-pajjiż

Bernard Grech, Kap tal-Oppożizzjoni

Aqra wkoll

F’intervista li saritlu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, qal li Gvern immexxi minnu jerġa’ jdaħħal l-infurzar fil-pajjiż fejn ammetta li tali stqarrija mhiex se togħġob lil kulħadd imma nsista li din hemm bżonn minħabba s-sitwazzjoni fil-pajjiż.

F’diskors li fih Malta tidher li qiegħda fi stat diżastruż totali meta mhiex, il-Kap tal-Oppożizzjoni talab lill-poplu biex jgħinu jipprattika l-istess infurzar li jrid idaħħal. Huwa qal li s-sentiment negattiv tan-nies huwa espress fil-midja soċjali hekk kif kulħadd “irid jitlaq”. Grech allega li eluf ta’ persuni qegħdin jitilqu minn Malta biex skont huwa, ifittxu ħajja aħjar. Min-naħa tiegħu nsista li “ta’ kuljum” jiltaqa’ ma’ kummenti fuq il-midja soċjali ta’ nies li jħabbru li se jirrilokaw barra minn pajjiżna.

Il-Kap tal-PN insista li “dawn m’għandhomx tama ta’ ħajja aħjar f’pajjiżna. Qegħdin nitilfu l-ħiliet ta’ dawn in-nies. Din hija għażla tiegħek imma rridu nattirawk lura”. Hawn ma setax jonqos bl-attakki li dejjem jagħmel fil-konfront tal-Gvern fejn semma’ d-dejn nazzjonali, l-għoli tal-ħajja, il-każ traġiku li bih qiegħed jagħmel ballun politiku ta’ Jean Paul Sofia, l-iżvilupp f’pajjiżna u n-nuqqas ta’ fiduċja li huwa jara li hemm, fil-ħaddiema.

Grech, minkejja suċċess kbir li ksibna għal mod kif ilqajna għall-pandemija tal-Covid-19 rikonoxxut fuq livell internazzjonali, qal li hemm problema, ukoll, is-settur tas-saħħa. Hawn, għalih, ukoll tinħass iż-żieda fil-popolazzjoni tagħna. Fakkar li Gvernijiet Nazzjonalisti għamlu u jagħmlu jekk jitilgħu, tkabbir ekonomiku bi pjan. Dan il-mudell il-ħaddiema wiegħed li jkollhom xogħol aħjar f’ambjent aħjar, fejn ikunu attirati l-ħaddiema barranin imma, b’pagi għolja “għax kulħadd għandu dritt li jkollu kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa”.

Imbagħad mid-dell iswed li dejjem jitfa’ fuq Gvern Laburista, Grech qaleb folja bajda kompletament fejn temm jirrepeti li, “aħna determinati li lkoll flimkien bil-ħidma ta’ kulħadd, noffrulek ħajja aħjar ffejn kulħaddd ikun jista’ jgħix b’mod dinjituż f’ambjent aħjar u fejn wieħed ikun jista’ jtejjeb il-ħiliet tiegħu”.

Ekonomija

1 kumment

  1. Tghid Il grieg se jurina kif ma nhalsux taxxa.Se jurina kif kap ta partit li jitlef elezzjoni blskbar mumri ta voting se jghidilna kif ghamel biex jibqa mqabbad ma’s siggu ta kap.Tajt se jghidilna kif jaghmel biex justudja dak li jiktiblu l kardinal fuq il mobajl.Hallini grieg.Ghax ma tghidilniex min hallaslek id dejn li kellek ms tat taxxa.

Comments are closed.

Sport