Filwaqt li nżammet id-distanza soċjali, fost miżuri oħra ta’ prevenzjoni minħabba l-pandemija tal-Covid-19, grupp ta’ persuni taw merħba xierqa lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela.
Abela beda d-diskors tiegħu fil-Belt Valletta billi rrefera għall-istatistika maħruġa mill-Eurostat din il-ġimgħa fejn pajjiżna ġie ċċertifikat li kellu lanqas rata ta’ qgħad f’dawn l-aħħar xhur. Abela qali li minkejja s-sitwazzjoni tal-pandemija, filwaqt li pajjiżi oħra qegħdin isibuha diffiċli, dan il-gvern qed juri kemm pajjiżna kapaċi jmexxi fil-maltemp.
“Lil min jistħi jgħid li hu Malti, minn jgħid li hu Grieg, ngħidlu li r-rata ta’ qgħad fil-Greċja hija erba’ darbiet aktar minn dik f’pajjiżna,” kompla l-Prim Ministru f’botta għal dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech xi ġimgħat ilu.
Il-Prim Ministru ddeskriva d-diskors moqri mill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala wieħed xott u staqsa min kien il-moħħ wara d-diskors li l-istess Grech qal li ġie miktub lilu.
Abela qal li bil-miżura tal-vawċers waħidha ġew iġġenerati flus daqs kemm kienu jiġġeneraw 40,000 turist. Żied jgħid li l-Oppożizzjoni kkritikat din l-iskema, iżda pproponiet li dawn jiżdiedu.
Il-Prim Ministru qal li l-Oppożizzjoni ħadet pożizzjoni li tiddeċiedi li ma tiddeċidix.
Abela qal li l-messaġġ tal-Partit Laburista huwa messaġġ ta’ tama, kuraġġ u pożittività, iżda kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni, qiegħed barra minn xtutna u pprova “jikkollassa l-Qorti”.
Abela għamel referenza għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni dalgħodu li fiha l-PN “iddisassoċja ruħu minn kandidat ġdid”, iżda kandidat ewlieni li huwa parti mill-“establishment” għamel l-istess ħaġa. Qal li dan il-kandidat il-ġdid, mingħajr ma qatt jasal jiddefendih għax il-ħażin jibqa’ ħażin, ġabar flus u minflok għaddihom lil min kellu jgħaddihom żammhom għalih. Għamel l-istess ħaġa dak li llum nħatar bħala kap il-ġdid tal-partit.
Abela qal li l-imħabba mhijiex slogan għal dan il-gvern u għalhekk dan il-gvern jibqa’ viċin tan-nies matul is-sena kollha u mhux biss meta toqrob l-elezzjoni.
Abela temm jgħid li l-imħabba mhijiex slogan għal dan il-gvern u għalhekk dan il-gvern jibqa’ viċin tan-nies matul is-sena kollha u mhux biss meta toqrob l-elezzjoni.