“Hi l-politika tiegħi li Heritage Malta nżidulha l-assi. Ma jfissirx li se tmexxihom kollha hi. Tista’ ddaħħal l-għaqdiet non governattivi. Fi Gwardamangia xtrajna żewġ proprjetajiet, Villa Frere – li din ngħatat lil għaqda non governattiva u issa ħadna Villa Gwardamangia li inxtraw għal €5 miljuni. Inbniet fi żmien il-Kavallieri. Kienet inkriet lil ħu Mountbatten u din intużat mill-familja Rjali.” Il-Ministru Josè Herrera qal dan fil-Parlament għal domanda tad-Deputat Laburista Jean Claude Micallef.
“Il-politika tiegħi hi li lil Heritage Malta nżidulha l-assi” – Il-Ministru Josè Herrera
