Saturday, December 21, 2024

Il-politika titlef ġentlom bil-mewt tad-deputat Frederick Azzopardi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bosta kienu d-deputati u politiċi miż-żewġ naħat li sellmu l-memorja tal-membru parlamentari Nazzjonalista Frederick Azzopardi li l-mewt tieħu tħabbret tard is-Sibt.

Azzopardi, li kellu 71 sena, tela għall-ewwel darba fil-Parlament fl-elezzjoni ġenerali tal-1998 fuq id-distrett t’Għawdex minn fejn kien ġej. Qabel ma serva għal diversi snin kien ukoll għamel żmien kunsillier fir-Rabat, Għawdex.

F’Ottubru 2019 huwa ħassu ma jiflaħx waqt li flimkien ma’ deputati oħra kien qed jifforma parti minn delegazzjoni Maltija waqt żjara ta’ xogħol fil-Marokk u wara li ngħata kura fi sptar tal-pajjiż fl-istess xahar inġieb lura Malta fejn kompla jiġi ikkurat f’Mater Dei.

Il-kundizzjoni ta’ saħħtu tellfitu milli jkompli bil-ħidma tiegħu fil-Parlament sakemm fi tmiem din il-ġimgħa tħabbret il-mewt tiegħu li ġiet deskritta minn bosta bħala telfa ta’ ġentlom.

Azzopardi kien miżżewweġ lil Carmen u l-koppja kellha tlitt itfal, Maureen, Lara u Luke.

Ekonomija

Sport