Sunday, December 22, 2024

Il-Pollakk Arkadiusz Milik pass bogħod minn Juventus

Aqra wkoll

Arkadiusz Milik jidher li jinsab pass ‘il bogħod milli jingħaqad ma’ Juventus wara li f’laqgħa li kellu ġew miftiehma t-termini personali.

L-attakkant Pollakk ta’ 28 sena sar il-mira ewlenija tal-Bianconeri wara l-kwistjonijiet biex jassiguraw lil Memphis Depay minn Barcelona, u issa qed jaħdmu ħafna biex jagħlqu ftehim qabel ma jagħlaq is-suq tat-trasferimenti l-ġimgħa d-dieħla.

Juventus diġà qablu li jħallsu lil Marseille €2m għas-self, u għandhom għażla ta’ xiri ta’ €8 miljun mehmuża, waqt li diġá ltaqgħu mal-aġenti ta’ Milik biex jiftiehmu t-termini tal-kuntratt tiegħu. L-affarijiet marru tajjeb u l-Old Lady issa qed jaħdmu biex jiffinalizzaw id-dettalji, kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt tal-Pollakk kif ukoll fil-ftehim tagħhom ma’ Marseille.

Issa hija biss kwistjoni ta’ żmien sakemm Milik jingħaqad mal-iskwadra ta’ Juventus ta’ Massimiliano Allegri f’Turin, u jżid l-esperjenza fl-attakk.

Matul it-18-il xahar tiegħu ma’ Marseille, Milik skorja 30 goal f’55 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport