Saturday, November 23, 2024

Il-Polonja bl-anqas rata ta’ każijiet ġodda fi żmien xahrejn

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aħbar pożittiva mill-Polonja u dan hekk kif il-pajjiż irreġistra l-anqas rata ta’ każijiet ġodda fi żmien xahrejn.

Il-figuri maħruġin mill-Ministeru għas-saħħa fl-aħħar sigħat juru li kien hemm 219 każ ġdid ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Fil-jum ta’ qabel kien hemm konferma ta’ 416-il każ ġdid.

In-numru ta’ persuni li mietu u li kienu infettati bil-virus niżel minn 10 għal tlieta bejn is-Sibt u l-Ħadd.

It-total ta’ każijiet fil-pajjiż qed iqarreb l-24,000 u l-vittmi qabżu l-1,000 persuna.

Sport