Saturday, October 26, 2024

Il-Polonja tinvesti aktar minn żewġ biljun ewro biex isaħħaħ il-fruntiera

Aqra wkoll

Il-Polonja qiegħda tinvesti aktar minn żewġ biljun ewro biex isaħħaħ il-fruntiera li għandha mar-Russja hekk kif it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet tikber.

Kien il-Prim Ministru Donald Tusk li ħabbar il-proġett li ngħata l-isem “Shield-East”. Dan il-proġett se jara bini ta’ fortifikazzjonijiet u anke se jiddaħlu miżuri oħrajn li jagħmel imposibbli lil xi armata taqsam il-fruntiera.

Dan hu l-aħħar pass li ħa l-Gvern Pollakk biex jiddefendi l-pajjiż wara li Moskow u Minsk qegħdin jipprovaw joħolqu tensjoni politika bil-biża’ li jkun hemm invażjoni simili għal dik li saret fl-Ukranja.

Waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Tusk qal li “ddeċidejna li nivestu dawn il-biljuni biex iċ-ċittadini tagħna jkollhom aktar sigurtà.

Il-Prim Ministru qal li dan mhux se jkun sigurtà għal Polonja, iżda wkoll għal Unjoni Ewropea kollha hekk kif dan il-pajjiż minbarra li hu membru tal-UE hu wkoll membru tan-NATO.

Sport