Thursday, October 31, 2024

Il-Polonja tirreġistra l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet fi żmien xahar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar 24 siegħa l-Polonja rreġistrat 458 każ ġdid ta’ Covid-19. Ħabbru dan l-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż hekk kif dan l-ammont huwa l-akbar wieħed f’ġurnata f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Din iż-żieda fil-każi hija l-aktar kawża ta’ każi li feġġew fi tliet minjieri tal-faħamfir-reġjun ta’ Upper Silesia fin-Nofsinhar tal-pajjiż. Minkejja dan il-gvern qed jgħid li f’dan l-istadju għad m’hemmx lok ta’ allarm.

Aktar qabel id-deputat Prim Ministru Jadwiga Emilewicz qal li l-gvern ma kienx qed jiddiskuti dwar il-possibbilità li jintroduċi mill-ġdid il-lockdown u qal li se jkun qed jaħdem biex jikkontrolla s-sitwazzjoni bl-aħjar mod.

Skont l-istatistika ta’ dawk ittestjati, dawk li jaħdmu fil-minjieri tal-faħam jammontaw għal 16% tal-każijiet reġistrati fil-pajjiż s’issa, b’ħafna minnhom ma juru l-ebda sintomi.

94% minn fost 6.900 ħaddiem f’dawn il-minjieri rnexxielhom jirkupraw.

Sport