Saturday, November 23, 2024

“Il-poplu inkwetat, u l-PM mehdi jgawdi s-sajf u l-baħar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Delia jappella lill-PM biex isejjaħ seduta tal-Parlament fuq il-Covid-19

F’intervent telefoniku fuq ir-radju tal-istazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Oppożizzjoni appella lill-Prim Ministru biex isejjaħ għal-lum “seduta speċjali tal-Parlament, bil-għan li jispjega fid-dettall l-istrateġija tal-Gvern quddiem l-imxija tal-Covid-19, li reġgħet refgħet rasha bil-kbir. Il-poplu jrid ikun jaf fejn qiegħed, u x’ser jiġri.”

Delia akkuża lill-Prim Ministru talli “ġab fix-xejn u l-ħidma kbira li saret mit-tobba u l-infermiera, kif ukoll xhur sħaħ ta’ sagrifiċċji. Mingħajr ma ta każ tal-esperti u tal-frontliners, huwa ddeċieda li jirriskja s-saħħa ta’ nies b’deċiżjonijiet mgħaġġla, u llum spiċċajna b’ammont kbir ta’ każijiet. Dan qiegħed ikollu effetti ħżiena fuq l-impjiegi u fuq in-negozji Maltin.”

“Il-poplu inkwetat, u l-Prim Ministru mehdi jgawdi s-sajf u l-Baħar.”

Fuq ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali Grech saħaq li l-Oppożizzjoni “ilha tliet snin tilob għal din ir-riżenja li messha ilha li seħħet. Dan wara li l-Avukat Ġenerali nstab ħati mill-Qorti Kostituzzjonali, li kisritlu d-drittijiet fundamentali.”

“Grech wera dgħjufija kbira quddiem provi ċari ta’ korruzzjoni mill-ogħla ċrieki tal-Gvern, u flok ingħaqad miegħu, iddeċieda li jiddefendi kumpaniji barranin f’kuntratt maħmuġ tat-tliet sptarijiet.”

Delia saħaq li r-riżenja ta’ Grech, segwita minn dik ta’ Jospeh Muscat, Konrad Mizzi, Chris Cardona u Keith Schembri fissret li din hija xhieda “li l-Oppożizzjoni mhix waħda d-dgħajfa, iżda waħda li ser tibqa tagħmel pressjoni fil-Parlament u fil-Qorti.”

“Il-politiċi qegħdin hemmhekk biex ikunu man-nies fiż-żmien tal-maltempati, u l-Oppożizzjoni ser tibqa titkellem, tisma u toħroġ bis-soluzzjonijiet u proposti konkreti, biex nidħlu għal pajjiżna. Ħadd u xejn mhu ser jaqtalna qalbna, l-ebda theddid u l-ebda intimidazzjoni mhi ser twaqqafna milli nkomplu niġġieldu għas-sewwa u għan-nies.”

Sport