Saturday, December 21, 2024

Il-poplu Malti u Għawdxi jiċċelebra l-festa ta’ Santa Marija

Aqra wkoll

Il-poplu Malti u Għawdxi llum qiegħed jiċċelebra l-festa ta’ Santa Marija liema festa timmarka l-qofol tal-istaġun tal-festi f’pajjiżna.

Sebat ibliet u rħula llum qed jiċċelebraw din il-festa. Il-lokalitajiet f’Malta huma l-Qrendi, l-Imqabba, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħ’Attard u l-Mosta filwaqt li f’Għawdex tiġi ċċelebrata fir-Rabat liema festa ssir mill-Knisja Katidrali.

Imbgħad il-Ħadd ta’ wara aktar Parroċċi jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija fejn dakinhar issir il-festa f’Ħad-Dingli, l-Imġarr u ż-Żebbuġ Għawdex, kif ukoll f’għadd ta’ kappelli ddedikati lil Marija Assunta f’Ħax-Xluq is-Siġġiewi u f’Tal-Ħlas Ħal Qormi, fost l-oħrajn.

Għall-knisja Kattolika din hija festa kbira ħafna tant li hija festa kmandata dan hekk kif qiegħed jiġi mfakkar it-tlugħ tal-Madonna fis-sema.

Ekonomija

Sport