“Il-poplu qed iħares lejn il-PN bħala Gvern alternattiv b’saħħtu u għalhekk se tkompli l-ħidma fl-interess tal-poplu kollu.”
Dan qalu l-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN Mark Anthony Sammut waqt il-Kunsill Ġenerali li sar il-Ħadd filgħodu.
Mark Anthony Sammut spjega li xahar u nofs ilu ġie elett Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista u minn dakinhar bdiet tinħass enerġija ġdida li kompliet tikber ma’ kull attività li tiġi organizzata.