Saturday, November 16, 2024

Il-poplu Ukren rebbieħ tal-premju Sakharov

Aqra wkoll

F’ċerimonja li saret fil-Parlament Ewropew aktar kmieni, il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2022 ingħata lill-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna, irrappreżentat mill-President, il-mexxejja eletti u s-soċjetà ċivili tagħhom. Din kienet l-ewwel darba li dan il-premju ngħata lil nazzjon sħiħ.

F’messaġġ virtwali, il-President Ukren Volodymyr Zelensky saħaq li kull attentat li ċċaħad lill-Ewropa mill-Ukrajna u mil-libertà huwa reat. Qal li l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna, it-tiranniji diġà fl-imgħoddi provaw iċaħħdu lill-Ewropea mil-libertà. “L-Ewropej kollha flimkien se nerbħu. Se nerbħu b’mod li ma jerġax ikun hemm tentativ li l-Ewropa jċaħħduha mill-Ukrajna u mil-libertà. Se nerbħu b’mod li ma jkunx hemm tentattiv ieħor ta’ politika ta’ ġenoċidju ta’ niesna fl-Ukrajna u fl-Ewropa kollha.”

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky ġie magħżul għall-qlubija, ir-reżistenza u d-devozzjoni tiegħu lejn in-nies tiegħu. In-nomina semmiet ukoll ir-rwol tal-individwi, ir-rappreżentanti tal-inizjattivi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet statali u pubbliċi bħal, fost oħrajn, is-Servizzi tal-Emerġenza tal-Istat tal-Ukrajna; Yulia Pajevska, fundatriċi tal-unità medika tal-evakwazzjoni Angels of Taira; Oleksandra Matviychuk, avukata u attivista tad-drittijiet tal-bniedem; il-Moviment tar-Reżistenza Ċivili taż-Żigarella Isfar; u Ivan Fedorov, l-eks sindku tal-belt Ukraina ta’ Melitopol.

Ekonomija

Sport