Il-Portugall keċċew lill-coach, Fernando Santos, wara l-eliminazzjoni mill-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja meta sfaw megħluba mill-Marokk bl-iskor ta’ 1-0.
Il-Portugall kienu wieħed mill-favoriti li jirbħu l-kompetizzjoni fil-Qatar iżda kontra kull mistenni ġew eliminati mit-team Afrikan.
Santos mexxa lit-tim b’suċċess fil-quċċata tal-grupp tagħhom tat-Tazza tad-Dinja qabel ma għeleb lill-Isvizzera 6-1 fir-round tal-Aħħar 16.
Huma rebħu mil-logħbiet tagħhom tal-Fażi tal-Gruppi kontra l-Ghana u l-Urugway iżda mbagħad tilfu kontra l-Korea t’Isfel.
Santos huwa t-tmien coach li tilef postu wara t-Tazza tad-Dinja.