Tuesday, December 24, 2024

Il-Portugall implimenta tlieta biss minn 15-il rakkomandazzjoni tal-GRECO

Aqra wkoll

Minn rapport tal-GRECO li ġie ppublikat il-bieraħ irriżulta li l-Portugall implimenta b’mod sodisfaċenti 3 biss mill-15-il rakkomandazzjoni filwaqt li 10 rakkomandazzjionijiet ġew implimentati parzjalment.

Il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) evalwa l-progress tal-Portugall fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa lill-pajjiż fl-2015 f’rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fir-rigward tal-membri tal-parlament, l-imħallfin u l-prosekuturi.

Il-GRECO ikkonkluda li l-Portugall implimenta b’mod sodisfaċenti tlieta biss mill-15-il rakkomandazzjoni. Mit-12-il rakkomandazzjoni pendenti, 10 minnhom ġew implimentati parzjalment, u żewġ rakkomandazzjonijiet ma ġewx implimentati.

Il-GRECO) huwa korp tal-Kunsill tal-Ewropa li għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-membri tiegħu biex jiġġieldu l-korruzzjoni billi jimmonitorja l-konformità tagħhom mal-istandards kontra l-korruzzjoni. Jgħin ukoll lill-istati jidentifikaw in-nuqqasijiet fil-politika nazzjonali kontra l-korruzzjoni, u jwassal għar-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali u prattiċi meħtieġa.

Ekonomija

Sport