Il-Portugall jaffrontaw lill-Iżvizzera f’dik li hija meqjusa partita bilanċjata.
Biex waslu sa dan l-istadju, l-Portugall rebħu Grupp H filwaqt li l-Iżvizzera ksibu t-tieni post wara l-Brażil fi Grupp G.
L-aktar player li mpressjona s’issa huwa Bruno Fernandes li skorjaw ż-żewġ goals kontra l-Urugwaj kif ukoll irreġistra żewġ assists kontra l-Ghana. Huwa kien imserraħ kontra l-Korea t’Isfel iżda llum se jkun fil-formazzjoni inizjali.
Anke Cristiano Ronaldo, li mhux qed ikollu tournament kif mixtieq, mistenni jibda mill-bidu wara s-sostituzzjoni kontroversjali fit-telfa ta’ 2-1 kontra l-Korea t’Isfel.
Min-naħa tal-Iżvizzera, il-coach, Murat Yakin, żamm il-bażi tal-ewwel 11-il player fit-tliet logħbiet preċedenti bl-eċċezzjoni ta’ ftit irtokki.
Rebħa kontra l-Portugall tarahom fil-kwarti-finali għall-ewwel darba mill-1954, fejn kienu ospitaw it-Tazza tad-Dinja.
Fl-aħħar żewġ edizzjonijiet, huma sfaw eliminati f’dan ir-round u għaldaqstant din id-darba jimmiraw li jissuperaw dan l-ostaklu.
Huma qed jittamaw li l-goalkeeper, Yann Sommer, ikun f’siktu wara li kien nieqes fl-aħħar partita minħabba li kien ma jiflaħx.
L-attakkant Xherdan Shaqiri se jsirlu test aħħari wara li fit-taħriġ ħass uġiegħ muskolari u għaldaqstant ġie mġiegħel jistrieħ.