Wednesday, April 24, 2024

Il-posponiment tal-elezzjonijiet fil-Libja għandu jservi ta’ pawża għal riflessjoni

Aqra wkoll

Il-posponiment tal-elezzjonijiet li kellhom isiru fil-Libja llum għandu jservi ta’ pawża għal riflessjoni ta’ dak li wieħed jista’ jitgħallem mill-aħħar 15-il xahar biex jiġi żgurat li meta jsiru l-elezzjonijiet, ikunu parti mis-soluzzjoni u mhux parti mill-problema.

Il-proċess elettorali għandu jifforma parti minn proċess usa li jgħin biex isseħħ l-aċċettazzjoni tar-riżultat u l-formazzjoni ta’ gvern li jkun aċċettat fit-territorju kollu tal-Libja.

Il-proċess elettorali m’għandux ikun shortcut illużorju u sostitut għall-ħidma diffiċli u gradwali li għad trid issir biex tgħaqqad l-istituzzjonijiet u ħidma għal riforma ekonomika u ta’ governanza, riforma tas-settur tas-sigurtà, rikonċiljazzjoni, ġustizzja transizzjonali u rkupru ta’ sovranità sħiħa u l-integrità territorjali.

Il-komunità internazzjonali inklużi dawk il-pajjiżi li ġew involuti fil-miftuħ jew le fil-kunflitt Libjan għandhom jgħinu lil-Libja tindirizza dawn l-isfidi diviżivi. Jekk dan ma jseħħx, il-kriżi fil-Libja, bl-elezzjonijiet jew mingħajr elezzjonijiet, se tkompli kif ġara fi stati simili ta’ wara kunflitt bħal-Libanu u l-Iraq.

Sport