Sunday, December 22, 2024

Il-potenzjali għas-Super League ma jeżistix skond iċ-chairman tal-ECA

Aqra wkoll

Il-potenzjal għal Super League Ewropew m’għadux jeżisti, skond iċ-chairman tal- European Club Association (ECA), Nasser Al-Khelaifi.

Il-kompetizzjoni separata, li rat 12 mill-ikbar clubs Ewropej jiffirmaw għal kampjonat ġdid ta’ nofs il-ġimgħa f’April li għadda, waqgħet fi żmien 72 siegħa wara li ltaqgħet ma’ oppożizzjoni ħarxa.

Iżda Juventus, Barcelona u Real Madrid għad iridu jirtiraw l-appoġġ tagħhom.

“Rigward is-Super League, dan ma jeżistix,” qal Al-Khelaifi.

Iċ-chairman tal-ECA, li huwa wkoll il-president tal-ġganti Franċiżi, Paris St-Germain, żied jgħid: “Mhux l-ewwel verżjoni, mhux it-tieni. Kulħadd huwa kontra – mill- partitarji, il-midja, il-clubs, il-clubs żgħar u kbar.

“Huma biss, Juventus, Barcelona u Real Madrid. Il-ħaġa stramba hija li jieħdu gost jilagħbu fil-kompetizzjoni tal-UEFA. Qed jieħdu gost jilagħbu fl-aqwa kompetizzjoni.

“Ma naħsibx li hemm mod li potenzjalment jistgħu jagħmlu xi ħaġa bħal din, jir­xuxtaw is-Super League, għaliex aħna hawn magħqudin.”

Dawk it-tliet clubs li għadhom favur ħadu l-kwistjoni quddiem il-qrati.

Il-każ għandu jmur quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għal deċiżjoni dwar jekk il-kontroll tal-UEFA tal-football Ewropew jikkostitwixxix monopolju li jagħmilha bi ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni.

PSG ta’ Al Khelaifi rrifjutaw l-opportunità li jingħaqdu mal-kampjonat mifrud is-sena l-oħra.

Al Khelaifi, 48 sena, qal li ż-żieda mbassra ta’ 39% fid-dħul mill-kompetizzjoni tal-clubs tal-UEFA fiċ-ċiklu ta’ wara l-2024 uriet li l-clubs tas-Super League kienu “żbaljati f’kull angolu”.

Id-dħul mill-kompetizzjonijiet tal-clubs Ewropej bejn l-2024-27 huwa mifhum li hu ta’ £3.8 biljuni kull staġun –  żieda ta’ £2.7 biljuni.

Ekonomija

Sport