Friday, December 13, 2024

“Il-poteri li qiegħda teżegwixxi Charmaine Gauci huma rregolari u jiksru l-kostituzzjoni”

Aqra wkoll

Grupp ta’ persuni ngħaqdu fi protesta li seħħet mill-Freedom Movement. Paul Richard Chetcuti għal dan il-moviment tkellem dwar “fabrikazzjoni ta’ pandemija”. 

Waqt li għadda dokumentazzjonijiet oħra lill-Assistent Kummissarju tal-Pulizija, l-istess kelliem staqsieh għalfejn wara 17-il ġurnata baqgħu ma rċevew l-ebda rispons min-naħa tal-Korp tal-Pulizija.

Id-dimostranti preżenti nnutaw il-fatt li skont il-miżuri li ddaħħlu fis-seħħ ilbieraħ, il-gvern qiegħed “jiddiskrimina” bejn dawk li huma mlaqqmin u dawk li mhumiex fejn dawk mhux imlaqqmin qegħdin jissugraw li jintilfu l-impjiegi tagħhom.

Fost waħda mid-dokumentazzjonijiet moqrija mill-istess dimostranti ntqal l “la ma hemmx stat ta’ emerġenza dikjarata, għalkemm id-WHO qiegħda tgħid li hemm stat ta’ emerġenza mad-dinja, il-gvern ma għandu l-ebda stat ta’ emerġenza, allura l-poteri kollha li qiegħda teżegwixxi Charmaine Gauci huma kollha rregolari u jiksru l-kostituzzjoni ta’ Malta.” 

Id-dimostranti talbu lill-Pulizija għalfejn għadha qiegħda ssir distinzjoni bejn l-istat u l-poplu u għalfejn ma ttieħdet l-ebda azzjoni minn meta ġew ippreżentati dokumenti mill-moviment tagħhom.

Il-Pulizija minn naħa tagħhom qalu li huma jinvestigaw dwar dak kollu li jirċievu u għaldaqstant talbu lil Chetcuti biex jibat tfakkira lill-Korp dwar it-talbiet tiegħu.

Id-dimostranti saħqu li se jibqgħu jinsistu li l-gvern qiegħed “iqarraq bil-poplu meta direttament jikkomunika mal-poplu li l-vaċċin mhuwiex esperimentali iżda soluzzjoni”.

Chetcuti qal li hu se jibqa’ paċenzjuż jistenna li tittieħed azzjoni qabel “aktar persuni jweġġgħu jew imutu ma’ kull titqiba li se tingħata”.

Ekonomija

Sport