Wednesday, December 25, 2024

Il-POU b’laqgħa pożittiva mal-Ministru Byron Camilleri; Diskussi diversi proposti ġodda għall-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Police Officers’ Union fi ħdan il-General Workers’ Union kellha laqgħa pożittiva mal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fejn ġie diskuss il-progress fuq miżuri li kienu tressqu fil-passat. Dan filwaqt li ġew diskussi proposti ġodda fuq aspetti ta’ distretti, extra-duty, penskjonijiet, studju akkademiku, u apparenza tal-uffiċjali tal-pulizija.

Fir-rigward tad-distretti ġiet diskussa is-sitwazzjoni attwali b’mod speċifiku fil-bżonn li jkun hemm żieda fir-riżorsi umani. Apparti dan ġie diskuss ukoll il-bżonn li issir riforma ta’ dmirijiet tal-Pulizija tad-distrett, b’mod speċifiku ċertu xogħlijiet li jista” faċilment issiru min entitajiet oħra biex il-Pulizija ikunu jista’ jiffokaw ir-riżorsi tagħhom fuq xogħol Pulizjesk. Fl-istess waqt tressqet ukoll proposta biex tiġi emendata s-sitwazzjoni attwali tal-allowances fid-distretti u din tiġi f’livell mal-allowances tal-kollegi tagħhom li huma stazzjonati ġewwa skwadri speċjalizzati.

Fir-rigward tal-extra duty il-Police Officers’ Union informat lill-Ministru bis-sitwazzjoni attwali fejn membri tal-Korp qiegħdin jistennew xhur twal għal pagamenti tal-Extra Duties. Il-POU ressqet ukoll proposta fejn ikun hemm mekkaniżmu li l-Pulizija jiġu mħallsa tal-Extra Duty tagħhom b’mod regolari b’xahrejn b’lura.

Mil-lat ta’ pensjonijiet kompliet tiġi diskussa s-sitwazzjoni tal-pensjonijiet tal-kuntistabblijiet relatata mal-anomalija li nħolqot fl-aħħar ftehim settorjali, bil-partijiet jersqu aktar viċin u b’impenn li jkomplu jiddiskutu dan il-punt fil-viċin.

Ġiet diskussa wkoll aktar fid-dettall il-proposta oriġinali li tressqet mil-POU quddiem il-Prim Ministru Dr Robert Abela, fejn Pulizija li jkun għalaq b’mod sodisfaċenti 25 sena servizz fi ħdan il-Korp ikollu l-possibbiltà li jkompli jservi fil-Korp u fl-istess ħin jibda jirċievi il-pensjoni tas-servizz.

Ġiet imressqa wkoll proposta ġdida mil-POU biex għall-ewwel darba jkun hemm mekkaniżmu fejn il-pensjoni tas-servizz ma tibqax “iffriżata” bħalma dejjem kien il-każ, iżda tibda tiġi modifikata. 

Fir-rigward ta’ studju akkademiku tressqet proposta biex bħalma kien jiġri fil-passat, il-Korp joffri mekkaniżmu fejn il-Pulizija jkunu jistu jkompli l-istudji akkademiċi tagħhom biex eventwalment ikunu jistgħu jimplimentaw it-tagħlim tagħhom b’mod dirett fi ħdan il-Korp.

Finalment dwar l-apparenza, il-POU fuq talba ta’ diversi membri tagħha talbet biex mil-ġdid jerġa’ jibda djalogu biex Pulizija jingħataw permess li jkollhom daqna u/jew tpinġija. Il-partijiet qablu li jridu jitħejjew linji gwida ċari fuq kif għanda tkun l-apparenza tal-Pulizija.

Ekonomija

Sport