Monday, December 23, 2024

Il-POU f’laqgħa kostruttiva dwar tibdil mal-Kummissarju tal-Pulizija

Aqra wkoll

L-Unjin tal-Pulizija (POU) ħabbret li lbieraħ ħadet sehem f’laqgħa dwar iċ-ċentralizzazzjoni tad-dmirijiet, kemm normali u kemm dawk extra, li damet aktar minn tliet sigħat, bejn il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, flimkien mal-amministrazzjoni tal-Korp u ma rappreżentanti tal-istess unjin u tal-Malta Police Association.

Spjga li f’din il-laqgħa l-POU ressqet il-mistoqsijiet li numru ta’ membri talbuha biex tistaqsi. Fosthom, dwar l-importanza li jkun hemm trasparenza fil-mod li jiġu ppreżentati d-details; l-importanza li membri jkunu jistgħu jiddeterminaw kemm jixtiequ jaħdmu sigħat u x’natura ta’ xogħol jixtiequ jaħdmu; meta jkun hemm extra li ma ġietx magħżula mill-membri jkun hemm roster ta’ rotazzjoni fuq kif din għandha timtela irrispettivament jekk persuna hux ġej min distrett jew branka; f’każ li persuna tiġi mitluba taħdem barra l-postijiet indikati minnha, kemm jista’ jkun taħdem viċin dik iż-żona, biex tiġi eliminata l-biża’ li kellhom il-membri li se jkollhom jaħdmu extra f’lokalitajiet ‘il bogħod minn dawk tagħhom; flessibilità u permess biex ikun hemm ‘tpartit’ ta extras; problemi ta’ pagamenti tard u s-sitwazzjoni ta’ Għawdex.

F’din il-laqgħa, l-amministrazzjoni dehret ippreparata fuq dawn il-punti u ppreżentat soluzzjonijiet li jidher għandhom jindirizzaw dawn il-punti. Ġie stabbilit li bħal kull tranżizzjoni jista’ jkun hemm diffikultajiet inizzjali, biss l-amministrazzjoni wriet disponibilità li dawn jiġu diskussi u indirizzati immedjatament.

Fuq talba tal-amministrazzjoni l-POU qalet li se jistennew lill-istess amministrazzjoni biex tippubblika d-dettalji kompluti fuq kif se taħdem iċ-ċentralizzazzjoni.

Ekonomija

Sport