Saturday, November 23, 2024

Il-POU se titlob lill-PM għal kjarifika dwar l-amnestija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni l-Prim Ministru .Robert Abela ħabbar li dawk il-membri tal-pubbliku li ġew multati għax kisru il-miżuri rigward is-social distancing indikati fl-avviżi legali rigward il-Covid19, ħa ikunu eliġibbli għal amnestija jew refund tal-multa li ħallsu l-POU ħarġet stqarrija.

L-istqarrija tgħid li naturalment bħala Pulizija huma jirrispetaw kull deċiżjoni li tittieħed mil-Prim Ministru u min kull istituzzjoni leġittima oħra fil-pajjiż, ghal din ir-raġuni il-POU se tikteb lil Prim Ministru u se ssir talba għal kjarifika u aktar dettall fuq din l-amnestija. Fl-istess ittra ħa ikun hemm il-pożizzjoni tal-POU fuq din il-kwistjoni.

Il-Pou qalet li filwaqt li jaqblu li bħal ma stqarr il-Prim Ministru dawn in-nies mhux kriminali u naturalment mhux fl-interess tagħhom jaraw membri tal-Pubbliku jeħlu il-multi, jibqa’ il-fatt li fl-ahhar xhur il-Pulizija bħalha frontliners jiddedikaw riżorsi konsiderevoli fuq l-enforzar ta’ dawn il-miżuri biex jaraw li jiġu rispettati.

L-istqarrija tkompli tgħid li din id-deċiżjoni hi inkwetanti ukoll fejn f’każ li ikun hemm bżonn jerġgħu jiġu implimentati miżuri mil-ġdid, ħa tikkomplika l-enforzar ta’ dawn il-miżuri jekk ikun hemm percezzjoni li mhux ħa ikun hemm konsegwenzi għal ksur ta’ dawn il-miżuri.

Il-Pou temmet tgħid li temmen li il-miżuri maħruġin mil-istess Gvern kienu strumentali għas- suċċess tal-pajjiż fil-ġlieda kontra il-Covid19 u għalhekk temmen fuq l-importanza tal-leġittimità tal-enforzar tagħhom.

Sport