Il-Police Officers’ Union (POU) fi ħdan il-GWU laqgħet bi pjaċir l-aħbar mogħtija mid-Deputat Prim Ministu u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-awtoritajiet tas-saħħa fejn ġie kkonfermat li l-membri tal-Korp se jibdew jingħataw il-booster qabel iż-żmien li kien oriġinarjament skedat.
Il-POU-GWU tinsab sodisfatta li l-ħidma fis-silenzju tagħha ħalliet il-frott hekk kif intlaħaq ftehim.
Il-POU rringrazzjat lill-Amministrazzjoni tal-korp u l-Awtoritajiiet tas-Saħħa Pubblika fosthom lid-DPM Chris Fearne u s-Supretendent tas-saħħa Charmaine Gauci.
Intant, aktar kmieni llum, il-POU għamlet il-kuntatti neċessarji biex il-Pulizija stazzjonati f’Għawdex imorru jieħdu l-booster, illum u għada ġewwa Kerċem bejn 12.00.m. u s-1.00p.m. Avżat li importanti li jmorru min irċieva l-SMS diġà.