Sunday, November 24, 2024

Il-POU ssostni dwar nuqqas ta’ uffiċjali u ma teskludix direttivi relatati mal-festi

Aqra wkoll

Il-Police Officers Union qiegħda titlob laqgħa mal-amministrazzjoni u l-Gvern biex jiġu indirizzati numru ta’ diffikultajiet.

Dan hekk kif l-istess union ippubblikat ittra li ntbatet lilha b’mod kunfidenzjali minn membru tagħna fejn qed jiddiskrivi is-sitwazzjoni bħala waħda ta’ disperament.

Il-union kompliet biex tgħid li fl-istess waqt illum ġew infurmati minn aħbar fil-midja lokali li membru f’kariga għolja tal-amministrazzjoni tal-Korp ikkonferma li saret U-turn u issa il-festi tal-irħula ħa jinħadmu kważi b’mod esklussiv mil-Pulizija.

Il-POU qed tistaqsi kif dan se jkun possibbli fis-sitwazzjoni attwali meta bħalissaa m’hemmx biżżejjed uffiċjali biex ikopru dan ix-xogħol kollu.

Kompliet biex tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-possibbiltà li jiddaħħlu membri b’overtime sfurzat li eventwalment ifisser spiża ikbar fuq il-poplu, jew ripetizzjoni ta’ dak li ġara fil-ġimgħa il-kbira fejn għases u branki tħallew b’skeleton staff biex ilaħħqu mal-impenji kollha assenjati lilhom. 

Il-union tkompli biex tinnota li minkejja li hawn diversi entatijie bħalma huma l-LESA u Transport Malta, xorta ha tkun ir-responsabbiltà tal-Pulizija li jagħmlu ‘clearance’ fit-toroq u staqsiet jekk dan għadux meqjus bħala xogħol il-pulizija.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-POU temmet tgħid li ma teskludix li toħroġ direttivi relatati max-xogħol tal-festi.

Sport