Monday, December 23, 2024

Il-POU temfasizza l-inġustizzja li qed issir mal-Pulizija meta uffiċjal jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

Dawk il-Pulizija li jkunu pożittivi għall-Covid-19 m’għandux jinqatgħalhom sick leave minn tagħhom iżda għandhom jieħdu leave ta’ kwarantina bħalma qed jieħdu diversi ħaddiema fis-settur pubbliku. Hekk saħqet il-Police Officers’ Union fi ħdan il-General Workers’ Union f’imejl mibgħuta lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Ministru għall-intern Byron Camilleri.

Il-POU saħqet li huma diversi dawk il-ħaddiema f’diversi setturi tas-settur pubbliku, fosthom fl-isptarijiet u l-qrati, li jibbenefikaw minn leave ta’ kwarantina meta’ jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 mingħajr ma jinqatgħalhom sick leave.

F’kumment fuq il-midja soċjali l-POU qalet li din hija inġustizzja mal-Pulizija. 

“Aħna niltaqgħu man-nies ukoll. Aħna frontliners ukoll. Aħna ħaddiema tat-tieni klassi?” temmet tgħid il-POU.

Ekonomija

Sport