Wednesday, April 24, 2024

Il-POU tiddiskuti dwar l-implimentazzjoni ta’ wegħdiet elettorali

Aqra wkoll

Fil-laqgħat li l-Police Officers Union kellha fil-ġranet li għaddew mal-Ministru Byron Camilleri, kif ukoll mas-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila ġew diskussi diversi proposti li saru minn naħa tal-POU. 

Il-POU talbet li fil-budget li jmiss jibdew jiġu implimentati xi miżuri li Gvern kien wiegħed fil manifest elettorali 2022.

Dawn huma bħal proċedura tal-pensjoni li meta uffiċjal jagħmel erba’ snin fuq il-25 sena servizz u jitlaq il-pensjoni tiegħu titla’ bi 23 fil-mija .

Hemm ukoll is-sitwazzjoni ta’ meta uffiċjal tal-pulizija jħalli din id-dinja, il-pensjoni tgħaddi fuq il-mara jew ir-raġel skont iċ-ċirkostanzi. 

Ġew diskussi wkoll proposti ġodda rigward ħlas lil membri tal-korp għal ġranet ta’ leave kif ukoll sick leave li ma jkunux ġew utilizzat. 

Il-Pou qalet li hija enfazizzat li tiġi riżolta is-sitwazzjoni tad-distretti rigward l-allowance. Issemmiet ukoll l-idea li l-allowances tal-pulizija li jingħataw regolari fuq il-bażi li tkun uffiċjal pubbliku għandhom ikunu pensjonabli. 

“Għall-ewwel darba wara diversi snin bħala Police Officers Union qed nitkellmu f’isem l-Għawdxin li jaħdmu Malta. Regoli u kundizzjonijiet li kienu jagħmlu sens 20 sena ilu ma jagħmlux sens illum. Għalhekk bis-saħħa tar-rappreżentant tagħna Christian Bonello PS 1301, għall-Għawdxin li jaħdmu Malta sar studju u rapport dettaljat fuq il-kundizzjonijiet li għandhom jinbidlu”, kompliet tgħid l-union filwaqt li tenniet l-impenn tagħha li jkomplu jitjieb l-kundizzjonijiet tal-Pulizija. 

Sport