Saturday, November 23, 2024

Il-POU tikkonferma li ma weġġgħux Pulizija fil-protesta… tappella biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tas-sigurtà

Aqra wkoll

Il-Police Officers’ Union ħabbret li fil-protesta li seħħet fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa ma weġġa’ ħadd. Madankollu, ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tas-sigurtà f’dawn iċ-ċentri ħalli jkunu salvagwardjati l-Pulizija u anke l-uffiċjali tas-sigurtà. 

F’post fuq il-midja soċjali, il-POU qalet li ftit tal-minuti ilu għamlet kuntatt ma’ membru tagħha stazzjonat Raħal Ġdid biex tikkonferma li ma kien weġġa’ ħadd mill-Korp waqt din il-protesta. Fl-istess waqt, l-unjin irringrazzjat lill-Pulizija tal-ħidma tagħhom biex ikkontrollaw is-sitwazzjoni. 

Mingħajr ma daħlu fil-mertu tar-raġuni tal-protesta, bħalma għamlu wara l-protesti taċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi, appella lill-awtoritajiet ikkonċernati biex tiġi indirizzata is-sitwazzjoni tas-sigurtà f’dawn iċ-ċentri ħalli jiġu salvagwardati mhux biss il-membri tal-Korp iżda wkoll l-uffiċjali tas-sigurtà li jaħdmu f’dawn iċ-ċentri.

Sport