Din il-ġimgħa l-POU-GWU uffiċjalment bagħtet rapport lil amministrazzjoni tal-Korp dwar proposti fuq kif jista’ jiġi indirizzat l-ordnar u l-ħidma tal-Korp f’Paċeville.
Fost l-oħrajn il-POU-GWU qed tipproponi koperazzjoni ma’ entitajiet oħrajn biex jiġu indirizzati problemi ta’ parking illegali u immaniġġjar ta’ traffiku.
Hija qed tipproponi wkoll li tinħoloq skwadra speċjalizzata li tkun dedikata b’mod esklussiv f’Paċeville. Qed tipproponi wkoll li dawn il-Pulizija jkollhom taħriġ speċjalizzat b’mod partikolari fuq ‘non-armed combat’ kif ukoll fuq kommunikazzjoni mal-pubbliku.
Miżuri oħra proposti jinkludu li l-Pulizija jkollhom allowance speċjali ta’ €500 fix-xahar u jkunu marbutin b’kuntratt ta’ sena li jista’ jiġi mġedded bi qbil bejn iż-żewġ partijiet; inċentiv biex aktar Pulizija jibdew jaħdmu bħala securities fuq bażi part-time mal-istabbilimenti ta’ PV biex b’hekk ikun hemm kooperazzjoni u komunikazzjoni aħjar bejn il-Pulizija u l-istabbilimenti; u assistenza speċjalizzata li fiha membri tal-Korp jaħdmu fuq bażi ta’ overtime li fih jaraw live footage ta’ CCTV f’PV biex jiżdied is-sigurtà tal-membri tal-Korp.
Il-POU-GWU qed tipproponi wkoll servizz ta’ terapija għal dawk il-Pulizija li jkunu jixtiequ din l-għajnuna biex is-saħħa mentali tal-membri tiġi protetta.
Illum il-POU ppubblikat ir-rapport li ppreżentat lill-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija dwar l-introduzzjoni ta’ skwadra speċjalizzata f’Paċevlle. Dan jista’ jiġi aċċessat fuq: https://eu.docworkspace.com/d/sAMuH3taCt5-SAazLzourpxQ