Saturday, December 28, 2024

Il-POU tirreaġixxi għal dak li qalet l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Aqra wkoll

Il-Police Officers Union fi ħdan il-General Workers’ Union irreaġixxiet għal dak li ngħad mill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li “ma kienx xogħolhom li jagħlqu t-toroq waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskejjel.” 

Il-POU, wara li ħadet parir legali mingħand l-Avukat tal-union Dr Herman Mula, ikkwotat partijiet tal-liġi f’dan ir-rigward u saħqet li l-Kunsilli Lokali għandhom ir-responsabbilità aħħarija għas-sigurtà tat-tfal waqt il-ħinijiet tal-iskola u għandhom jipprovdu għal dik is-sigurtà b’mod li jqisu l-aktar xieraq u dan għas-spejjeż tagħhom. 

“Id-dmirijiet u l-għanijiet tal-Pulizija jpoġġu l-obbligu fuqhom biex jintervjenu biss jekk tintalab kwalunkwe assistenza, bl-istess assistenza tkun ta’ natura urġenti,” qalet il-POU. 

Ekonomija

Sport