Il‑Police Officers Union hija l‑unika union li toffri akkomodazzjoni b’xejn f’lukanda f’każ li l‑vjaġġ bejn Malta u Għawdex jiġi kkanċellat minħabba l‑maltemp.
Fi stqarrija l-POU rringrazzjat lill-membri kollha li għamlu kuntatt magħha għal dan is‑servizz matul tmiem il‑ġimgħa li għaddiet, meta l‑Gozo Channel issospendiet il‑vjaġġi tagħha bejn il‑gżejjer minħabba maltemp qawwi.
“Hawnhekk nieħdu l‑opportunità nirringrazzjaw lill‑ħaddiema kollha tal‑Gozo Channel tax‑xogħol siewi tagħhom. Il‑POU tibqa’ impenjata li tkun ta’ sostenn għall‑membri tagħha f’kull sitwazzjoni,” itemm tgħid l-istqarrija tal-POU.



