Il-Police Officers’ Union fi ħdan il-General Workers’ Union uriet it-tħassib tagħha dwar kundizzjonijiet tal-uffiċjali tal-Pulizija tul il-pandemija tal-Covid-19. Il-POU qalet li tinsab informata li f’każ li ufiċjal tal-pulizija jirriżulta pożittiv, il-perjodu li fih ma jirrapportax għax-xogħol jitnaqqaslu mis-sick leave tiegħu, u mhux jinqaleb fuq “quarantine leave”. Il-POU żiedet tgħid li dan kien ikkonfermat f’taħditiet li żvolġew mal-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.
Filwaqt li qalet li ma taqbilx ma’ din il-prassi, il-POU qalet li qed tesiġi li l-membri tal-Korp jingħataw l-istess drittijiet ta’ frontliners oħrajn, bis-sitwazzjoni tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli.