Id-detentur ta’ diversi records, rikonoxxuti mill-Union Internationale Motonautique (UIM) Thunder Child II huwa powerboat b’missjoni doppja. Waqt li qed jipprova jikser diversi rekords ġodda, l-ekwipaġġ ta’ Thunder Child II qed juża dawn it-tentattivi biex jiġbru fondi għal diversi kawżi ta’ karità.
Il-powerboat ta’ 22 metru, li hija appoġġjata mill-Union Internationale Motonautique (UIM), il-Federation Monegasque Motonautique, il-Malta Powerboat Federation u l-UK OCRDA u l-BPBA, bħalissa tinsab Malta fejn it-Thunder Child II u t-tim tal-54Knots qed jippruvaw jiksru seba UIM Offshore Class Long Distance Rekord Dinjija li jkopru 4000 mil nawtiku fuq 17-il jum. L-aħħar sforz tagħhom kien il-wasla tagħhom Malta, minn Monaco, fi 18-il siegħa 52 minuta. Dan ir-rekord bħalissa qed jistenna ratifika mill-UIM. Intant, jekk il-kundizzjonijiet jippermettu, it-tim ser jipprova jikser ir-raba’ rekord b’dawra madwar Malta, Għawdex u Kemmuna.
Bħala parti mill-isforzi tagħha biex tappoġġja l-fondazzjonijiet lokali, it-Thunder Child II se tkun miftuħa għall-pubbliku li fi tmiem il-ġimgħa fejn se jinġabru donazzjonijiet għall-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).
Irmiġġat fil-Grand Hotel Excelsior Marina, l-ekwipaġġ se jkun ħerqan li jiltaqa’ mal-pubbliku nhar is-Sibt 17 ta’ Ġunju mid-9am sat-3pm u l-Ħadd 18 ta’ Ġunju mid-9am – 1pm. Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jgawdu minn dawra gwidata tad-dgħajsa, jiltaqgħu mal-ekwipaġġ li kiser ir-rekords u jieħdu d-dar edizzjoni limitata ta’ kartolina ffirmata mit-tim tal-powerboat.
Għal aktar informazzjoni dwar Thunder Child II wieħed jista jżur www.54knots.com