Monday, December 23, 2024

“Il-pożizzjoni tagħna se tiddependi fuq l-implimentazzjoni tal-protokoll u s-sitwazzjoni tal-pandemija fil-ġimgħat li ġejjin” – l-MUT

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar ħin żvolġiet il-konferenza b’rabta mal-ftuħ tal-iskejjel, l-MUT nnotat li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa taw informazzjoni dwar il-protokoll dwar il-ftuħ tal iskejjel. Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin qalu li dan huwa neċessarju sabiex kulħadd ikun infurmat dwar l-istandards li ser japplikaw għall-iskejjel.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-publikazzjoni tal-protokoll huwa pass wieħed mill-mixja twila li għad trid issir. Dan għaliex dan il-protokoll jeħtieġ diskussjonijiet intensivi biex jiġi mplimentat. L-MUT qalet li din se tkun sfida kbira, u dan il-proċess ser ikun kruċjali sabiex titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi u l-istudenti.

Intant l-MUT żiedet li tinsab għaddejja b’taħdidiet mas-setturi kollha, inkluż mal-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti, sabiex dan il-protokoll jissawwar f’miżuri ta’ implimentazzjoni. Il-pożizzjoni tal-MUT dwar il-ftuħ tal-iskejjel se tiddependi fuq l-implimentazzjoni tal-protokol u kif ukoll fuq is-sitwazzjoni tal-pandemija fil-ġimgħat li ġejjin.

L-MUT temmet tgħid li se tibqa’ f’kuntatt mal-membri matul dawn il-jiem u ġimgħat sabiex tisma’ u tagħti l-informazzjoni mitluba.

Ekonomija

Sport