Monday, December 23, 2024

Il-Premju Nobel tul is-snin… u l-kontroversji

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Wara li dan is-sit ippubblika l-istorja dwar żewġ ġurnalisti b’rikonoxximent għall-ġlieda tagħhom biex jiddefendu l-libertà tal-espressjoni, talk.mt ħaseb li jaqsam mal-qarrejja ftit fatti interessanti dwar il-Premju Nobel tul is-snin u xi kontroversji b’rabta ma’ dan is-suġġett.

* Il-Premjijiet Nobel jingħataw ta’ kull sena lil persuni jew organizzazzjonijiet li jagħtu kontribut siewi fl-oqsma tal-kimika, fiżika, letteratura, paċi u mediċina;

* Il-kumitati tal-għażla huma r-Royal Swedish Academy of Science, Swedish Academy, il-Karolinska Institutet u n-Norwegian Nobel Committee;

* Dawn ġew stabbiliti fl-1985 minn Alfred Nobel u jitqassmu mill-Fondazzjoni Nobel;

* Il-Premju Nobel għax-Xjenza Ekonomika beda jingħata fl-1968 mill-bank ċentrali tal-Isvezja “Sveriges Risksbank”;

* Kull rebbieħ jingħata midalja tad-deheb, diploma u somma flus;

* Bejn l-1901 u l-2017 ingħataw total ta’ 585 premijiet lil 923 persuni u organizzazzjonijiet. Fosthom hemm min rebaħ aktar minn darba;

* Minnhom, 844 irġiel; 48 nisa; u 24 organizzazzjoni ġew ippremjati;

* Sitt rebbieħa ma ngħatawx permess mill-gvernijiet tagħhomm li jaċċettaw il-Premju Nobel. Adolf Hitler waqqaf lil Richard Kuhn (Kimika 1938), Adolf Butenandt (Kimika 1939), Gerhard Domagk (Fiżjoloġija u Mediċina 1939) u lil Carl von Ossietzky (Paċi 1936); il-gvern Ċiniż ma ħalliex lil Liu Xiaobo (Paċi 2010) mentri l-gvern Russu għamel pressjoni fuq Boris Pasternak (Litteratura 1958) biex ma jaċċettax dan il-Premju;

* Is-sitt persuni/organizzazzjonijiet li rċevew Premju Nobel aktar minn darba huma:  (Paċi) il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u UNHCR; (Fiżika) John Bardeen; (Kimika) Frederick Sanger; Marie Curie (Fisika u Kimika) u Linus Pauling fil-Kimika u l-Paċi;

* L-ewwel mara li ngħata Premju Nobel kienet Marie Curie fil-Fiżika fl-1903. Hija kienet ukoll l-ewwel persuna li ngħatat żewġ premjijiet. It-tieni wieħed rebħitu fl-1911.

PREMJU NOBBLI? Kontroversji…

INUGWALJANZA BEJN IS-SESSI – 5% tar-rebbieħa biss huma nisa; 

TERRORIŻMU – Yasser Arafat ingħata dak tal-Paċi meta kien il-mexxej tal-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestinjani li kellhom konnessjoni ma’ attakki terroristiċi; 

HITLER NOMINAT GĦALL-PAĊI – In-nominazzjoni “b’ċajta” ta’ Adolf Hitler fl-1939; 

KOMUNIST NOMINAT DARBTEJN – Innominazzjonijiet fl1945 u 1948 talmexxej Sovjetiku Joseph Stalin; 

RIFJUT TAL-PREMJU – Jean Paul Sartre (Litteratura 1964) u  Le Duc Tho (Paċi 1974) għamlu l-għażla personali li jirrifjutaw dan l-unur.

KONFLITT TA’ INTERESS – Il-Premju fil-Fiżjoloġija u l-Mediċina mogħti lil Harald zur Hausen fl-2008 li skopra l-Human Papilloma Virus (HPV). Dan il-premju b’konflitt ta’ interess kien sponsorjat minn AstraZeneca li kienet tipproduċi t-tilqim tal-HPV.

SKANDLU SESSWALI – Fl-2017 faqqa’ skandlu ta’ abbuż sesswali minn wieħed mill-membri tal-Akkademja Svediża – Jean-Claude Arnault. Miżżewweġ lil poeta u akkademika Katarina Frostenson barra dan l-iskandlu, il-koppja kienet akkużata bi tbagħbis fil-fondi tal-istess Akkademja.

Ekonomija

Sport