It-Tlieta filgħaxija tnieda uffiċjalment il-presepju Malti fil-Parlament Ewropew. Kien proprju l-MEP Laburista Alex Agius Saliba li ħabbar dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook fejn esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal fatt li din it-tradizzjoni Maltija qiegħda tiġi esposta f’din l-istituzzjoni Ewropea.
Min-naħa tiegħu l-MEP David Casa qal li minkejja li hu u Agius Saliba ma jaqblux fuq ħafna affarijiet, feraħlu tal-inizjattiva biex tella’ wirja impressjonanti tan-Natività Fil-Birgu.
Iż-żewġ MEPs tennew li ma nistgħux ma nkunux kburin bit-talent u t-tradizzjoni li għandu l-poplu Malti