Monday, November 4, 2024

Il-President Amerikan iħeġġeġ lil Hamas biex jaċċetta l-proposta Iżraeljana ħalli jintemm il-kunflitt f’Gaza

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden ħeġġeġ lill-Ħamas biex jaċċetta proposta Iżraeljana ġdida biex jintemm il-kunflitt f’Gaża, u qal li issa wasal iż-żmien li din il-gwerra tintemm.

Il-proposta fi tliet partijiet tibda b’waqfien mill-ġlied ta’ sitt ġimgħat li fih il-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael (IDF) jirtiraw minn żoni popolati ta’ Gaża. Meta tkellem fil-White House nhar il-Ġimgħa, Biden qal li l-ewwel fażi tal-pjan propost se tinkludi waqfien mill-ġlied sħiħ , l-irtirar tal-forzi tal-IDF minn diversi u l-iskambju ta’ ostaġġi, fosthom priġunieri Palestinjani.

Biden qal; “Dan huwa tassew mument deċiżiv. Il-Ħamas jgħid li jrid waqfien mill-ġlied. Dan il-ftehim huwa opportunità biex jipprova jekk verament jfissirx.
Il-waqfien mill-ġlied, se jippermetti li aktar għajnuna umanitarja tasal b’600 trakk li jġorru l-għajnuna f’Gaża kuljum”.

It-tieni fażi ta’ din il-proposta tgħid li trid tara li l-ostaġġi ħajjin jiġu rritornati, inklużi suldati rġiel. Il-waqfien mill-ġlied imbagħad isir il-waqfien tal-ostilitajiet, b’mod permanenti.

Fost dawk li ħeġġew lill-Ħamas biex jaqbel mal-proposta kien hemm is-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit David Cameron, li fuq Twitter qal li l-grupp għandu jaċċetta dan il-ftehim biex ikunu jistgħu jaraw waqfa fil-ġlied.

Sport