Saturday, December 28, 2024

Il-President Brażiljan Bolsonaro jgħid li trabbietlu l-“moffa” fil-pulmun minħabba l-coronavirus

Aqra wkoll

Il-President Brażiljan Jair Bolsonaro qal li qed jieħu antibijotiċi għal infezzjoni li ħallietu dgħajjef, wara li qatta’ ġimgħat f’iżolament wara li ġie infettat bil-coronavirus.

F’xandira diretta huwa saħansitra nstema’ jikkummenta li għandu l-“moffa” fil-pulmun.

Qal li “għadni kemm għamilt test tad-demm. Kont qed inħossni dgħajjef. Sabu li għandu infezzjoni wkoll. Issa qed nieħu antibijotiċi biex niġġieled l-infezzjoni.”

Bolsonaro żied jgħid li wara li qatta’ 20 ġurnata ġewwa żviluppawlu problemi oħrajn. “Għandi moffa fil-pulmun,” żied jgħid Bolsonaro.

Huwa qatta’ kwżi tliet ġimgħat f’iżolament fil-palazz presidenzjali wara li ġie dijanjostikat li kellu l-coronavirus fis-7 ta’ Lulju li għadda.

Huwa rriżulta negattiv għall-virus nhar is-Sibt li għadda, madankollu martu Michelle irriżultat pożittiva lbieraħ.

Ekonomija

Sport