Saturday, December 21, 2024

Il-President Ċiniż imħasseb dwar l-ekonomija f’pajjiżu

Aqra wkoll

L-ekonomija Ċiniża, it-tieni l-ikbar waħda fid-dinja, bħalissa qiegħda fi stadju li qed tikber pjuttost b’rata baxxa, tant li bosta jinsabu nkwetati fuq din is-sitwazzjoni. Fost dawn hemm il-President Ċiniż, Xi Jinping, li f’messaġġ fuq il-pjattaforma X qal li huwa kien ilu ppreparat li l-ekonomija tista’ tasal fejn waslet.

Jidher li minħabba din s-sitwazzjoni fil-pajjiż, saru xi riċerki u stħarriġ. Intant, l-ewwel stħarriġ li ffoka fuq l-attitudnijiet Ċiniżi lejn l-ekonomija sab li l-maġġorparti taċ-Ċiniżi li joqogħdu fil-pajjiż, qed ikunu pessimisti u diżillużi dwar il-prospetti tagħhom. Dan filwaqt li t-tieni stħarriġ wera li ġie rreġistrat rekord fir-rigward ta’ protesti, kemm fiżiċi kif ukoll online, fuq ilmenti ekonomiċi.

Ġie rrapġurtat li lil hinn mill-kriżi fil-proprjetà, id-dejn pubbliku qawwi u ż-żieda fil-qgħad li hemm fiċ-Ċina qed jaffetwaw it-tfaddil u l-infiq tan-nies. Skont il-partit komunista tal-pajjiż, l-ekonomija ċkienet hekk kif intemmet il-pandemija tal-Covid-19, parzjalment kaġun ta’ tliet snin ta’ lockdowns għal għarrieda u sħaħ. Huma ddiskrivew lil dawn il-miżuri bħala li fgaw l-attività ekonomika.

Il-kuntrast bejn is-snin ta’ qabel u wara l-pandemija huwa evidenti fir-riċerka illi saret minn professuri Amerikani li wettqu din ir-riċerka fl-2004 u fl-2009, jiġifieri snin qabel ma Xi Jinping sar il-mexxej taċ-Ċina. Fl-2004, kważi 60% ta’ dawk li wieġbu qalu li s-sitwazzjoni ekonomika tal-familji tagħhom kienet tjiebet matul l-aħħar ħames snin u ħafna minnhom ħassewhom ottimisti dwar il-ħames snin ta’ wara.

Iċ-ċifri qabżu fl-2009 u fl-2014 – b’72.4% u 76.5% rispettivament jgħidu li l-affarijiet tjiebu, filwaqt li 68.8% u 73% kienu jittamaw futur aħjar. Madankollu fl-2023, 38.8% biss ħassew li l-ħajja kienet marret aħjar għall-familji tagħhom. Dan filwaqt li inqas minn nofs, jiġifieri madwar 47% emmnu li l-affarijiet kienu se jitjiebu fil-ħames snin ta’ wara.

Ekonomija

Sport