Il-President elett tal-Istati Uniti, Joe Biden, kien ikkonfermat ir-rebbieħ tal-istat ta’ Georgia wara li l-istat għadda awditjar tal-voti.
Ir-riżultati finali juru li Biden rebaħ l-istat billi kiseb 12,284 vot aktar mill-President uxxenti Donald Trump.
Is-Segretarju tal-Istat ta’ Georgia, Brad Raffensperger, fi stqarrija qal li l-awditjar jirrijafferma li l-voti ġew magħdudin b’mod korrett.
Jaclyn Rothenberg, id-direttur għall-komunikazzjoni tal-kampanja ta’ Biden, fi stqarrija qalet li l-awditjar tal-voti jirrijafferma “dak li konna diġà nafu. L-elettorat ta’ Georgia għażel lil Joe Biden bħala l-President li jmiss tal-Istati Uniti.”
Biden huwa l-ewwel kandidat għad-Demokratiċi li rebaħ l-istat ta’ Georgia mill-1996, meta f’dik l-elezzjoni l-istat kien intrebaħ minn Bill Clinton. L-istat għandu 16-il vot elettorali.