L-Uffiċċju tal-President fi stqarrija maħruġa ħabbar li l-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella saru jafu li persuna li kellhom kuntatt magħha nhar it-Tnejn li għadda rriżultat pożittiva għall-Covid-19.
L-istqarrija tkompli li f’dawn iċ-ċirkustanzi, illum huma għamlu swab test li rriżulta negattiv iżda xorta waħda se jkunu qegħdin isegwu perjodu ta’ kwarantina.
Intant saru l-arranġamenti neċessarji biex l-appuntamenti uffiċjali tal-President jitmexxew għal jiem oħra jew isiru xort’oħra.