Saturday, May 4, 2024

Il-President f’laqgħa uffiċjali mal-President tal-Ġermanja

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-Erbgħa, il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-President tal-Ġermanja Frank-Walter Steinmeier fil-Palazz Presidenzjali Bellevue, f’Berlin.

Il-koppja Presidenzjali Ġermaniża laqgħet lill-President u lis-Sinjura Vella, u wara bdiet il-laqgħa uffiċjali bejn il-Presidenti George Vella u Frank-Walter Steinmeier.

Minbarra r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, matul il-laqgħa ġew diskussa għadd ta’ temi oħra fosthom l-aħħar żviluppi fir-reġjun tal-Mediterran b’mod partikolari fit-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu. Ġew diskussa wkoll l-aħħar żviluppi b’rabta mas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

Il-laqgħa kkonsistiet ukoll f’diskussjoni dwar l-irkupru dinji mill-pandemija tal-Covid-19, it-tibdil fil-klima u l-kwistjoni tal-migrazzjoni.

Kwistjonijiet li tkellmu dwarhom anke fi sfond ta’ diskussjonijiet internazzjonali fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Min-naħa tiegħu, il-President ta’ Malta rringrazzja lill-President Ġermaniż tal-istedina u tkellem miegħu dwar il-ħidma li qed issir mill-presidenza fl-interess tal-għaqda nazzjonali.

Sport