Il-President Franċiż Emmanuel Macron irriżulta pożittiv għall-COVID-19.
Fi stqarrija maħruġa mill-Palazz tal-President fi Franza ġiet konfermata l-aħbar li Macron kien ġie ttestjat wara li żviluppa xi sintomi tal-virus.
Huwa se jkun qiegħed jibqa’ iżolat għal perjodu ta’ sebat ijiem, iżda se jkun qiegħed ikompli bil-ħidma tiegħu fl-aħjar interess ta’ pajjiżu.

Fl-aħħar jiem Macron kien preżenti għal-laqgħat li żvolġew bejn il-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fejn fost suġġetti oħra ġie trattat is-suġġett tal-pandemija u t-tilqima li se tkun qiegħda tibda tingħata fil-jiem li ġejjin.