Il-President George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta kmieni lbieraħ filgħodu għal żjara uffiċjali fl-Estonja. Matul iż-żjara, il-President Vella se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President tal-Estonja, Alar Karis f’Kadriorg, Tallinn.
L-impenji tal-President Vella fl-Estonja jinkludu, fost oħrajn, laqgħat mal-Prim Ministru Kaja Kallas u mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Urmas Reinsalu.
Sakemm il-President ikun l-Estonja, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Il-President u d-delegazzjoni Maltija mistennija jaslu lura Malta nhar il-Ħamis, 15 ta’ Settembru.