Friday, December 13, 2024

Il-President jesprimi t-tħassib serju tiegħu għall-iżviluppi li qed iseħħu fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew fl-Ukrajna kmieni dalgħodu, il-President ta’ Malta George Vella esprima t-tħassib serju tiegħu u ta l-appoġġ tiegħu lill-Gvern u lill-poplu Ukren.

Fi stqarrija, il-President Vella qal li din l-eskalazzjoni, u b’mod partikolari l-avvenimenti li qed jiġu rrappurtati, jirrappreżentaw theddida mhux biss għall-poplu tal-Ukrajna iżda wkoll għall-istabbiltà Ewropea u dinjija.

Il-President Vella ngħaqad ma’ awtoritajiet oħra u mal-komunità internazzjonali biex jappella għal waqfien mill-ġliet, għall-irtirar tal-forzi militari mill-Ukrajna u għar-rispett sħiħ lejn is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Temm jgħid li għandhom isiru l-isforzi kollha għar-rispett sħiħ tal-liġi internazzjonali, u biex jiġi evitat ir-riskju reali ħalli s-sitwazzjonii ma tkomplix tiddeterjora.

Ekonomija

Sport